Fiequ 242 persuna mill-Covid-19 u feġġew 193 każ – One News

Notifiki

Fiequ 242 persuna mill-Covid-19 u feġġew 193 każ

Fl-aħħar sigħat, fiequ 242 persuna oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 193 każ minn fost 2,782 test.

Dan ifisser li 93.1% ġew negattivi filwaqt li 6.9% tat-testijiet li saru ġew pożittivi.

Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 677,159 test.

Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19 f’Malta, ingħataw 64,419-il doża. Minnhom, 20,531 persuna, ħadu t-tieni doża.

Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, anzjan ta’ 96 sena miet waqt li kien pożittiv għall-Covid-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend