Notifiki

BIL-FILMAT: In-nies jgħidu tagħhom għalfejn jixtiequ li pajjiżna joħroġ mill-pandemija

It-Tnejn filgħodu ONE News mar il-Belt u tkellem man-nies dwar il-ħsibijiet tagħhom għal wara l-pandemija.

Ilkoll tawna ħsibijiet ta’ kuraġġ meta staqsejnihom għaliex jixtiequ li pajjiżna joħroġ mill-pandemija:

  • “Nerġgħu nqumu fuq saqajna ħalli nerġgħu nagħmlu kuraġġ lil Maltin u ningħaqdu bejnietna”
  • “Jalla noħorġu b’wiċċ il-ġid ħalli nerġgħu naqbdu r-ritmu ta’ qabel”
  • “Wara li noħorġu nipprovaw li kollox jiġi għan-normal: noħorġu u ngawdu, nerġgħu kif konna qabel”
  • “Ħa noħorġu minnha, kollox bil-mod għax jiġu l-affarijiet malajr. Imma ngħidlek li noħorġu minnha, jien mhux qed naqta’ qalbi”
  • “Jien tgħidx kemm jiena ħerqan biex jgħaddi kollox b’wiċċ il-ġid.”

It-tgħanniqa ta’ xi neputi jew xi ħadd għażiż għalihom kienu fost ix-xewqat l-aktar mixtieqa wara l-pandemija.

Dawk li tkellimna magħhom qalulna:

  • “L-aktar li ħassejtha jien għan-npeutijiet, għandi n-neputijiet jien u kulma narahom fuq Skype, dik l-aktar”
  • “Biex immur nara t-tfal sew kif għandu jkun”
  • “Aħna għandna tat-tiġijiet, indoqqu aħna. Biex nerġgħu niġu għan-normal”
  • “Nixtieq li noħorġu minnha nerġgħu niġu għall-ħajja normali, noħorġu u m’hemmx bżonn il-maskri u nkunu fl-aħħar relax u li ma noqogħdux ninkwetaw li nkunu man-nies.”

Oħrajn semmulna li jixtiequ li noħorġu mill-pandemija biex isiefru:

  • “Is-safar, dik hija l-akbar problema li għandi, tas-safar”
  • “Toħroġ aktar ta’ spiss u is-safar, għax is-safar inħobbu ħafna”
  • “Jiena insiefer inħobb, kif jgħaddi kollox mill-ewwel żgur mhux forsi.”

Persuna oħra appellat kontra n-negattività: “Ma nkunux daqshekk pessimisti iżejjed, kif inhu ħaddieħor. Hemm affarijiet importanti li wieħed iħares lejhom.”

Intant is-sentiment tan-nies il-Belt kien għal kollox differenti minn tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li jum qabel qal li jrid li pajjiżna joħroġ mill-pandemija ħalli mmorru għall-elezzjoni.

Bernard Grech stqarr: “Aħna rridu li mill-aktar fiss possibbli, noħorġu mill-pandemija, ħalli mmorru għall-elezzjoni.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend