Notifiki

Esebizzjoni li turi l-patrimonju taħt il-baħar

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi qed ittella’ esebizzjoni ta’ fotografija bl-isem ta’ ‘Malta’s Blue Wonders’ fl-Akkwarju Nazzjonali.

Din l-esebizzjoni qed turi l-patrimonju taħt il-baħar permezz tal-fotografija, fejn qed turi l-abitati ġodda u speċi li ġew skoperti f’Malta.

Waqt żjara fl-Akkwarju Nazzjonali, il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia qal kif ħamsa u tletin fil-mija tal-ibħra Maltin huma żoni marittimi protteti u parti minn siti ta’ Natura elfejn.

Saħaq li s-settur tal-ekonomija l-blu jammonta għal ħmistax fil-mija tal-ekonomija Maltija u jiġġenera madwar sebgħa u għoxrin elf impjieġ.

Qal kif, “Parti importanti mill-ekonomija Maltija hija dik tal-baħar u allura t-turiżmu fil-pajjiż, is-sajd, l-akkwakultura imma wkoll shipbuilding, cruiseliners, kif ukoll setturi ġodda bħalma huma off-shore windfarms. U għalhekk importanti li nippreservaw il-baħar tagħna biex intih il-ġenerazzjonijiet li ġejjin, aħjar milli sibnih.”

Din il-wirja hija miftuħa b’xejn għall-pubbliku sas-sittax ta’ Marzu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend