Notifiki

BIL-FILMAT: Bernard Grech jgħid li jrid joħroġ mill-pandemija ħalli mmorru għall-elezzjoni

Il-Ħadd filgħodu, fil-pjazza tat-Tokk fir-Rabat Għawdex, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qal li jrid li pajjiżna joħroġ mill-pandemija biex imur għall-elezzjoni.

Din id-dikjarazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni ssegwi dak li għamel il-Ħamis filgħaxija fejn mar fuq it-taraġ ta’ Kastilja, juża l-imwiet ta’ persuni waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 u ppolitiċizza l-imxija.

F’diskors li fih tenna li għandu pjan iżda reġa’ ħareġ li ma jafx kemm jiswa, Bernard Grech qal li l-Partit Laburista ftit baqalu fil-Gvern.

Bernard Grech imbagħad għamel referenza għar-riforma li qed jipproponi l-Gvern dwar l-użu rikreattiv tal-kannabis b’mod responsabbli.

Hawnhekk, bħal meta ffaċċjat dwar bidliet fil-liġi tad-divorzju, din ir-riforma sejħilha bħala gambetta.

Il-Kap Nazzjonalista imbagħad ftaħar li l-kumitat tal-Covid, li fih hemm anki Maria Deguara, li kienet saħqet li l-vaċċin mhuwiex is-soluzzjoni, qal li l-Gvern qed jiġri wara l-Partit Nazzjonalista dwar il-kontroll tal-imxija.

Imbagħad, fl-isfond tal-kliem paġna ġdida, Bernard Grech għalaq id-diskors tiegħu b’tifħir speċjali lejn Giovanna Debono.

Dan anke jekk żewġha qiegħed il-Qorti akkużat b’rabta ma’ skandlu ta’ xiri ta’ voti b’xogħol imħallas minn fondi pubbliċi magħruf bħala ‘work for vote’.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend