Dalgħodu, 55 immigrant, kollha rġiel waslu f’Malta b’mod illegali b’dinghy.
Fi stqarrija, il-pulizija qalet li hi ġiet infurmata bil-każ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ dalgħodu, hekk kif fl-akwati ta’ Wied il-Buni f’Birżebbuġa kienu deħlin grupp ta’ immigranti.
Il-pulizija qalet kif jidher li d-dinghy telaq mil-Libja u nstab fil-viċinanzi.
Dawn l-immigranti ttieħdu mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni għal aktar investigazzjoni.