Notifiki

55 immigrant jinqabdu mill-pulizija wara li dehru deħlin f’Birżebbuġa

Dalgħodu, 55 immigrant, kollha rġiel waslu f’Malta b’mod illegali b’dinghy.

Fi stqarrija, il-pulizija qalet li hi ġiet infurmata bil-każ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ dalgħodu, hekk kif fl-akwati ta’ Wied il-Buni f’Birżebbuġa kienu deħlin grupp ta’ immigranti.

Il-pulizija qalet kif jidher li d-dinghy telaq mil-Libja u nstab fil-viċinanzi.

Dawn l-immigranti ttieħdu mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni għal aktar investigazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend