L-Arċisqof jitlob biex nibnu soċjetà mibnija fuq l-għożża u s-solidarjetà – One News

Notifiki

L-Arċisqof jitlob biex nibnu soċjetà mibnija fuq l-għożża u s-solidarjetà

L-Isqfijiet Maltin stiednuna biex matul ir-Randan, nibnu soċjetà fuq l-għożża u s-solidarjetà.

Fl-ittra Pastorali għar-Randan li bħalissa qed tinqara fil-Knejjes madwar Malta u Għawdex, l-Isqfijiet sellmu lil diversi persuni li waqt il-pandemija COVID-19 qegħdin juru għożża u solidarjetà b’mod konkret mal-persuni vulnerabbli.

Mons. Scicluna stqarr: “L-istedina tagħna hija li nibnu soċjetà flimkien mibnija fuq l-għożża u s-solidarjetà. Il-Papa jispira ruħu mit-talba li għallimna Ġesu meta għallimna nduru lejn Alla u ngħidulu ‘Missierna’. Aħna aħwa ta’ xulxin għax għandna l-istess Missier.”

L-isqfijiet appellaw biex aħna wkoll naħdmu biex infejqu l-ġrieħi bil-maħfra, u ma nħallux l-esperjenza ħażina li għaddejna minnha torbotna bi ktajjen u tikkundizzjonana.

Waqt li rreferew ukoll għall-mija u ħamsin sena minn meta San Ġużepp ġie ddikjarat Patrun tal-Knisja Universali, l-Isqfijiet talbu għall-protezzjoni ta’ dan il-personaġġ, li għadda minn diversi mumenti ta’ kriżi u tbatija, iżda kien bniedem li jisma’ u fl-istess waqt jieħu azzjoni b’kuraġġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend