Il-Gvern b’ħidma sabiex issir riforma fil-liġi li tirregola l-professjoni legali – One News

Notifiki

Il-Gvern b’ħidma sabiex issir riforma fil-liġi li tirregola l-professjoni legali

Fil-Parlament tlesta t-tieni qari għal riforma fil-liġi li tirregola l-professjoni legali.

Permezz ta’ din ir-riforma issa din il-professjoni wkoll se tkun regolata sabiex jiġu indirizzati r-riskji li din iġġib magħha fosthom dik tal-ħasil tal-flus.

Dwar dan ONE News tkellem mal-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis.

Huwa spjega kif fil-fatt f’din il-liġi tfassal qafas aktar sod għal din il-professjoni. Dan filwaqt li ġew rispettati t-tradizzjonijiet legali.

Il-Ministru Zammit Lewis fisser: “Kull riforma għandha jkollha liċ-ċittadin fiċ-ċentru tagħha u allura għamilna pereżempju għall-ewwel darba reġistru li inti kull ditta legali u kull avukat li għandu warrant li jista’ jaħdem tista’ tmur issibu fuq dan ir-reġistru. Għalfejn importanti dan? Ħalli ċ-ċittadin ukoll jieħu servizz tajjeb, ikun jaf li qed jiddealja ma’ avukat li għandu liċenzja biex jaħdem.”

Il-Ministru Zammit Lewis saħaq ukoll li l-Gvern huwa kommess li jwettaq din ir-riforma li baqgħet fuq l-ixkaffa sa mill-2008.

Il-Ministru Zammit Lewis spjega wkoll kif din ir-riforma tissodisfa wkoll affarijiet fil-professjoni li ġew irrimarkati mill-Moneyval sabiex ikompli jiġi miġġieled il-ħasil tal-flus.

Huwa sostna: “Aħna rajna dawn l-affarijiet u rajna li nagħmlu din il-liġi u nagħmlu liġi oħra li diġà għaddiet mill-Parlament li tirregola l-Company Service Providers jiġifieri mhux dawk l-avukati li jmorru l-Qorti imma dawk li jaħdmu fis-servizzi finanzjarji. L-iktar li jaħdmu fir-remote gaming, fi trusts li huma biex ngħidu hekk iktar high risk ix-xogħol tagħhom fil-ġlieda ta’ pajjiżna kontra l-ħasil tal-flus, il-kriminitalità organizzata u l-iffinanzjar tat-terroriżmu.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend