Notifiki

AĠĠORNAT: Joe Biden jiddikjara diżastru maġġuri f’Texas

Il-President Amerikan Joe Biden iddikjara diżastru maġġuri fl-Istat Amerikan ta’ Texas, li ntlaqat minn maltempata kiefra tal-borra u s-silġ. B’hekk, jistgħu jintefqu aktar fondi f’għajnuna lill-familji milquta hażin.  Texas sofra qtugħ fil-provvista tal-elettriku wara li ntlaqat minn maltempata qawwija ta’ silġ u borra.

Biden diġà qal li se jżur dan l-istat sakemm iż-żjara tiegħu ma tpoġġix piż żejjed fuq l-isforzi li qed isiru.

Għalkemm l-provvista tal-elettriku qed tirritorna bil-mod, madwar 13-il miljun persuna għadhom qed jaffaċċjaw diffikultajiet sabiex jaċċessaw ilma nadif. S’issa madwar 60 persuna tilfu ħajjithom minħabba t-temperatura baxxi li qed tesperjenza l-Istati Uniti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend