Fiequ 106 persuni mill-Covid-19 u feġġew 199 każ – One News

Notifiki

Fiequ 106 persuni mill-Covid-19 u feġġew 199 każ

Fl-aħħar sigħat, fiequ 106 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 199 każ minn fost 3,100 test.

Dan ifisser li 93.6% ġew negattivi filwaqt li 6.4% tat-testijiet li saru ġew pożittivi.

Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 671,717-il test.

Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 62,059 dożi. Minnhom, 19,828 persuna, ħadu t-tieni doża.

Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, anzjana ta’ 92 sena u anzjan ta’ 84 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend