Notifiki

BIL-FILMAT: Raġel ta’ 63 sena iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq il-mutur u ħabat ġo karozza

Raġel mill-Iklin ta’ 63 sena weġġa’ gravi wara li għall-ħabta tas-14:10 tilef il-kontroll u waqa’ waqt li kien qed isuq il-mutur fil-bypass ta’ Birkirkara.

Ir-raġel tilef il-kontroll tal-mutur u ħabat ġo karozza tal-għamla Opel Corsa misjuqa minn mara ta’ 39 sena min-Naxxar. Il-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi.

Fuq il-post immedjatament issejħet ambulanza b’tim mediku li tat l-ewwel għajnuna lir-raġel fuq il-post filwaqt li diversi uffiċjali minn Transport Malta kkontrollaw it-traffiku.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend