Notifiki

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn sellum f’fabbrika fl-Imrieħel

Bulgaru ta’ 48 sena li joqgħod il-Gżira jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn sellum waqt li kien qed jaħdem f’fabbrika fiż-Żona Industrijali tal-Imrieħel.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta ta’ nofsinhar iżda kien għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar li l-Pulizija ġiet infurmata li raġel iddaħħal l-Isptar Mater Dei bi ġrieħi serji.

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend