Notifiki

L-imsieħba fil-qasam soċjali jiddiskutu t-triq ‘il quddiem għall-ġustizzja soċjali f’Malta

Lejliet mad-Dinja tiċċelebra l-ġurnata ddedikata għall-Ġustizzja Soċjali, taħt saqaf wieħed inġabru l-imsieħba soċjali kollha li għandhom x’jaqsmu mal-oqsma soċjali, fosthom tad-diżabilità, anzjanità attiva, familja u drittijiet tat-tfal.

Il-Ministru għas-Solidarjetà, Ġustizzja Soċjali, Familja u Drittijiet tat-Tfal Micahel Falzon, tenna kif kulħadd għandu d-dritt għal din it-tip ta’ ġustizzja hawn f’Malta u saħaq li l-Ġustizzja Soċjali tipprovdi opportunità lil kulħadd biex jilħaq il-potenzjali tiegħu u anke toffri toroq ta’ opportunità għall-edukazzjoni – ħaġa li dejjem kienet ta’ prijorità għal dan il-Gvern.

Il-Ministru Farrugia semma’ diversi punti li Malta ħadmet fuqhom fl-aħħar snin relatati mal-ġustizzja soċjali partikolarment id-dritt tal-vot għaż-żgħażagħ ta’ 16-il sena, li ssemma’ leħnek kull ħames snin, il-leave, paga minima xierqa, benefiċċji soċjali kollha, vot lin-nisa u li dawn ikunu f’karigi għolja fix-xogħol, libertajiet ċivili, ħajja diċenti, pensjonijiet xierqa, l-id ta’ għajnuna, l-opportunità għat-tieni ċans u ħafna aktar.

Hawnekk semma’ kif il-Knisja u anke l-għaqdiet mhux governattivi huma pilastri ewlenin biex jaraw li jkun hemm ġustizzja soċjali.

Min-naħa tagħha l-Ministru għall-Inklużjoni u Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli qalet kif dak li ngħidu u nipproponu jrid jiġi mewttaq u jissarraf fil-konkret. Dawn iwassal għal inklużjoni u kwalità ta’ ħajja aħjar għall-Maltin u Għawdxin u b’hekk ħadd ma jaqa’ lura. Quddiem id-diretturi u kapijiet ta’ djar b’diżabilità f’Malta u Għawdex Farrugia Portelli ħabbret li sal-aħħar ta’ din is-sena se jkunu miftuħin żewġ postijiet oħra għal persuni b’diżabilita waħda fiż-Żurrieq u l-oħra fil-Qrendi b’investiment ta’ aktar minn żewġ miljun u nofs ewro.

Spjegat kif fl-aħħar seba’ snin saru diversi affarijiet fil-qasam tal-persuni b’diżabilità anke fl-istess ħin imtela’ l-vojt li tħalla fis-snin ta’ qabel. Fost dawn hemm iż-żieda tal-allowance għall-ġenituri tat-tfal b’diżabilità, inċentivi biex il-persuni b’diżabilità jibqgħu fid-dinja tax-xogħol, tibdil fis-servizzi tar-respites u b’hekk jittaffa l-piż fuq il-ġenituri, ftuħ ta’ għaxar ċentri fil-komunità għal persuni b’diżabilità, żieda fl-allokazzjoni ta’ fondi ta’ aktar minn tlettax il-miljun fil-qasam tad-diżabilità, iż-żieda fil-fondi għall-Aġenzija Sapport, u oħrajn.

Saħqet kif kien Gvern Laburista li emmen li l-affarijiet f’dan il-qasam iridu jinbidlu u mar kontra n-norma f’għajnejn is-soċjetà.

F’din il-konferenza għamlu l-intervent tagħhom il-Kap Eżekuttiv għall-Aġenzija Sapport Ruth Sciberras u l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Ħarsien tas-Servizzi Soċjali Alfred Grixti.

Fl-intervent tagħha mart il-Prim Ministru, Is-Sinjura Dr. Lydia Abela saħqet kif il-ħidma tal-imsieħba soċjali twassal għal pajjiż aktar ġust. Hawnekk hija semmiet il-ħidma tagħha biex tingħata vuċi lil dawk li m’għandomx leħen u għamlet referenza għall-miżuri kruċjali ta’ dan il-Gvern biex qala’ lil diversi nies mix-xibka tal-faqar.

Ma naqasx ukoll li ħarset lejn id-diversi miżuri ta’ Gvern Laburista biex kulħadd ikollu aċċess ugwali għar-riżorsi u biex il-Maltin u l-Għawdxin ikollhom dak meħtieġ għal ħajja diċenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend