Iċedi b’rispett lejn id-demokrazija fil-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar

Daryl Connor irriżenja minn Viċi Sindku ta’ San Pawl il-Baħar biex b’hekk issa Carlos Zarb ikun jista’ jassumi l-irwol tat-tieni l-ogħla kariga fil-Kunsill Lokali.

Carlos Zarb kien ġie elett it-tieni wieħed fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li saret f’Mejju ta’ sentejn ilu u b’hekk kellu jkun Viċi Sindku.

Minħabba direttiva tad-dipartiment tal-Gvern Lokali, Zarb ma setax jilħaq Viċi Sindku mal-ewwel wara li kien għadu ma għalaqx it-18-il sena.

Issa li għandu l-età, Connor, li kien elett Kunsillier, irriżenja biex Zarb isir il-Viċi Sindku.

Fl-ittra tar-riżenja tiegħu minn Viċi Sindku, Connor qal li hu se jibqa’ Kunsillier u jaħdem għal ġid ta’ San Pawl il-Baħar.

Saħaq li hu qed jirriżenja minn Viċi Sindku b’rispett lejn id-demokrazija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend