Il-kumpanija Revolut, li tintuża minn madwar 190,000 persuna f’pajjiżna, bdiet toffri s-servizz bħala bank speċjalizzat.
Permezz ta’ dan il-bank, il-kumpanija Revolut hija kunfidenti li s-servizzi li tagħti se jkunu iżjed taħt kontroll u siguri b’differenza mal-bank tradizzjonali.
Il-konsumaturi ta’ din il-kumpanija f’pajjiżna issa jistgħu jaġġornaw għal dan il-bank permezz tal-app fuq il-mowbajl stess.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ dan il-bank internazzjonali, Virgilijus Mirkės qalet kif permezz ta’ dan il-bank f’Malta, il-kumpanija se tkun qed tipprovdi livell akbar ta’ sigurtà u kunfidenza fil-konsumaturi ta’ dan il-bank.