Ġurnata qabel is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech ġie arrestat, Yorgen Fenech bagħat messaġġ lil zijuh li Ivan tat-Times qallu li kienet se tiġri xi ħaġa f’Portomaso. Dan intqal mis-Supretendent Keith Arnaud, l-investigatur ewlieni fil-każ tal-qtil ta’ Caruana Galizia.
Arnaud kien qed jixhed f’każ ta’ libell li l-eks ġurnalist tat-Times Ivan Camilleri fetaħ kontra l-Maltatoday.
Fil-Qorti, Arnaud spjega li għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija ta’ lejliet l-arrest ta’ Yorgen Fenech, l-istess Fenech tkellem ma’ zijuh Ray Fenech dwar interess mit-Times fuq xi ħaġa li kienet se tiġri f’Portomaso.
Wieħed mill-messaġġi li bagħat Yorgen Fenech lil zijuh kien li f’Portomaso hemm Ivan tat-Times u wara messaġġ ieħor kien li Ivan kien qallu għax semagħhom jgħidu fi newsroom. F’messaġġ ieħor li nqara mis-Supretendent Arnaud, Yorgen Fenech qal lil zijuh li xi ħadd kien qed jgħaddi din l-informazzjoni minn xi appartament fil-viċin.
It-Times kienet keċċiet lil Ivan Camilleri minn ġurnalist magħha wara li anki ġie rappurtat li deher jisraq oġġetti minn supermarket ewlieni fin-Naxxar.