Illejla l-Ħamis 18 ta’ Frar, mit-8 ta’ filgħaxija sal-5 ta’ filgħodu u l-Ħadd 21 ta’ Frar mis-7 ta’ filgħodu sal-4 ta’ waranofsinhar, se jkunu qed jingħalqu l-korsiji lejn in-naħa ta’ fuq tal-Marsa-Ħamrun Bypass.
L-aġenzija Infrastruttura Malta ħabret dan fuq il-midja soċjali, hekk kif qalet li dan qed isir bħala parti mill-proġett ta’ titjib li qed isir fuq din il-flyover u anke l-inżul u t-tlugħ tagħha.
Infrastruttura Malta appellat lis-sewwieqa sabiex isegwu t-tabelli lejn in-niżla għar-roundabout ta’ taħt il-flyover u lura lejn l-istess Bypass mit-telgħa fid-direzzjoni lejn in-naħa ta’ fuq tal-pajjiż.