Il-kantant Aidan għadu kemm nieda kanzunetta ġdida, fuq kliem u mużika tiegħu stess, bl-isem ta’ ‘Heart Emoji’.
Din il-kanzunetta fuq stil pop kummerċjali b’togħma ta’ ħsejjes mis-snin 80, hija dwar kemm taf tkun xi ħaġa impekkabbli l-imħabba. Fil-kanzunetta, Aidan jgħid li għandu x-xorti li sab imħabba vera u jgħid li qatt ma basar kemm ser taffetwah fil-pożittiv.
Aidan qal li għall-ewwel darba qed jaħdem fuq kanzunetti bil-lingwa Maltija u jinsab ħerqan biex jaqsam dawn il-kanzunetti mal-poplu Malti.
Għal darba oħra Aidan qed jaħdem fuq l-aħħar kanzunetti tiegħu ma’ Wicked&Loud Records u r-record label Ingliża Believe.
Wieħed jista’ jara din il-kanzunetta hawn taħt: