Notifiki

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’ħabta bejn żewġ karozzi u mutur

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta bejn żewġ karozzi u mutur fiż-Żejtun.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-ħamsa u kwart ta’ waranofsinhar fi Triq tal-Ħotba, iż-Żejtun.

Il-pulizija qalet li mutur Kawasaki misjuq minn raġel ta 46 sena mill-Munxar, karozza Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 65 sena miż-Żejtun u karozza Chevrolet misjuqa minn mara ta 26 sena miż-Żejtun kellhom impatt.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend