Notifiki

Il-Gvern iżid in-nefqa tiegħu għal servizzi fl-Inspire

Din is-sena l-Gvern se jkun qed jivvota erbgħin elf ewro aktar f’fondi għall-Inspire.

Din in-nefqa se tkun qed isir b’mod speċifiku għall-programm Star 25 li joffri servizz terapewtiku lil madwar 30 klijent.

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli stqarret, “Meta nsemmu inklużjoni rridu naraw li ħadd ma jibqa’ lura u naraw ukoll li tfal b’diżabbiltà li jmorru għall-ġurnata tal-iskola tagħhom anki jekk bi sfida kompletament differenti.”

Fi żjara li għamlet il-Ministru għall-inklużjoni Julia Farrugia Portelli spjegat li issa l-Gvern se jkun qed jalloka aktar minn €800,000 sabiex diversi persuni b’diżabbiltà jkunu jistgħu ikomplu juru l-abbilitajiet tagħhom fid-diversi servizzi li toffri l-Inspire.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Inspire, Antonello Gauci spjega li dan il-programm ilu għaddej sa mill-2013 u tenna l-impenn tiegħu sabiex l-Inspire, li tilqa’ fiha ‘l fuq minn 250 klijent b’ etajiet bejn erba’ snin u l-wieħed u tletin sena tkompli żżid fis-servizzi tagħha.

Gauci sostna, “Is-sapport tal-Gvern se jkompli jtejjeb dak li qed naħdmu. Ilna noffru dan is-servizz sa mit-2013 u naturalment l-impenn tal-Gvern jgħinna nħejju ruħna u anki nippjanaw iktar għall-futur.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend