Il-Qorti ma tilqax oġġezzjonijiet ta’ anzjan mixli b’abbuż sesswali ta’ tifla ta’ tmien snin

Il-Qorti ma laqgħetx numru ta’ oġġezzjonijiet imressqa minn Grazio Azzopardi li għandu ħamsa u sittin sena u li qed jistenna biex jitressaq quddiem ġuri mixli bl-involviment tiegħu f’atti sesswali ma’ tifla ta’ tmien snin.

Azzopardi huwa akkużat ukoll li fost oħrajn uża l-vjolenza fil-konfront tat-tifla u xerred pornografija tat-tfal.

L-Avukat tal-akkużat argumenta li fost oħrajn, il-Prosekuzzjoni kienet iddrammatizzat l-akkużi miġjuba kontrih bil-għan li lill-ġurati jagħtuhom impressjoni ħażina tal-akkużat u li konsegwentament tista’ tippreġudika l-każ.

Azzopardi allega li l-istqarrija tiegħu ttieħdet b’mod irregolari u fi ksur tad-drittijiet tiegħu iżda l-Imħallef qal li ma hemm l-ebda raġuni biex l-istqarrija tingħata l-ġenb.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend