Fl-Istati Uniti: Se tinħatar kummissjoni indipendenti biex tinvestiga l-irvellijiet f’Capitol Hill – One News

Notifiki

Fl-Istati Uniti: Se tinħatar kummissjoni indipendenti biex tinvestiga l-irvellijiet f’Capitol Hill

Il-Kungress Amerikan se jqabbad kummissjoni indipendenti biex tinvestiga l-irvellijiet tas-6 ta’ Jannar li għadda fuq Capitol Hill f’Washington, allegatament immexxija minn persuni li jappoġġjaw lill-eks President Donald Trump.

F’ittra lill-Kungress, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżenanti Nancy Pelosi qalet li din l-kummissjoni ġdida se tkun simili għal dik li kienet inħatret biex tinvestiga l-attakki ta’ Settembru tal-2001 fi New York u l-Pentagon.

Kemm il-Kap Demokratiku, u dak Repubblikan, qed jappoġġjaw il-ħatra tal-kummissjoni l-ġdida.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend