Pawlu l-Pampalun jingħata pittura tal-poster tal-Karnival ta’ din is-sena li fih jidher hu stess – One News

Notifiki

Pawlu l-Pampalun jingħata pittura tal-poster tal-Karnival ta’ din is-sena li fih jidher hu stess

Id-Direttur Artistiku tal-Karnival, Jason Busuttil ippreżenta pittura bil-poster tal-Karnival ta’ din is-sena lil Pawlu Curmi l-Pampalun, li huwa meqjus bħala Missier il-Karnival Malti. Fil-poster tidher xbieha ta’ Pawlu l-Pampalun stess.

Dan hekk kif ninsabu fil-jiem tal-Karnival u minħabba l-pandemija tal-Covid-19, din is-sena din il-festa qed tiġi ċċelebrata b’mod differenti mis-soltu.

Ma’ ONE News is-Sur Busuttil stqarr li meta tah il-pittura, Pawlu l-Pampalun feraħ ħafna u saħansitra beda jdoqq it-tanbur.

Is-Sur Busuttil sostna li dan kien mument emozzjonanti ħafna, għaliex Pawl il-Pampalun ta’ kontribut kbir lill-Karnival Malti.

Għall-kuntrarju tas-snin oħra din is-sena ma setax igawdi din il-festa tant għal qalbu, minħabba l-imxija tal-Coronavirus.

Ritratt: Jason Busuttil / Facebook

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend