Fiequ 109 persuni mill-Covid-19 u feġġew 138 każ – One News

Notifiki

Fiequ 109 persuni mill-Covid-19 u feġġew 138 każ

Fl-aħħar sigħat, fiequ 109 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 138 każ minn fost 2,831 test.

Dan ifisser li 95.1% tat-testijiet li saru ġew negattivi u 4.9% ġew pożittivi.

Sa issa fiċ-ċentri ta’ ttestjar f’pajjiżna saru 653,986 test.

Fl-istess waqt, mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-COVID-19 f’Malta, ingħataw 50,175 tilqima. Minnhom, 15,601, ħadu t-tieni doża.

Intant, fl-aħħar 24 siegħa anzjan ta’ 64 u anzjana ta’ 72 sena, u mara ta’ 60 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend