Soru Franċiża tfiq mill-Covid-19 ftit jiem qabel ma għalqet 117-il sena – One News

Notifiki

Soru Franċiża tfiq mill-Covid-19 ftit jiem qabel ma għalqet 117-il sena

Lucile Randon li hija magħrufa aħjar bħala Sor. Andre fieqet mill-Covid-19 ftit jiem qabel ma għalqet 117-il sena.

Hija l-ixjaħ mara fl-Ewropa u huwa rrappurtat li hija t-tieni l-akbar persuna madwar id-dinja.

Is-Soru ttestjat pożittiv għall-Coronavirus fis-16 ta’ Jannar li għadda, minkejja li ma kellha l-ebda sintomi.

Kelliem għad-dar residenzjali fejn toqgħod Sor. Andre qal li s-soru kienet iżolata mill-bqija tar-residenti u qal li kienet fortunate li għelbet il-virus.

Huwa sostna li s-soru ma kinitx imbeżżgħa għaliha nnifisha imma inkwetat fuq ir-residenti l-oħra tad-dar fejn tgħix.

Meta kienet mistoqsija jekk kinitx imbeżżgħa li tmut, is-Soru li tuża siġġu tar-roti u hija nieqsa mid-dawl, qalet li ma kinitx għaliex tixtieq terġa’ tiltaqa’ ma’ ħuha l-kbir u n-nanniet tagħha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend