L-ewwel telefonata bejn Biden u Jinping

Fl-ewwel telefonata uffiċjali mindu sar President tal-Amerka, Joe Biden tkellem dwar id-drittijiet umani mal-President Ċiniż Xi Jinping.

Iż-żewġ mexxejja tkellmu wkoll dwar il-kummerċ u t-tensjonijiet mat-Tajwan.

Skont ix-xandir nazzjonali Ċiniż, il-President taċ-Ċina wissa lil Biden li relazzjonijiet ħżiena bejn iż-żewġ naħat ifissru diżastru għaż-żewġ pajjiżi.

Fl-aħħar xhur kien hemm tensjonijiet bejn l-Amerka u ċ-Ċina dwar il-kummerċ, spjunaġġ u l-pandemija.

Relazzjoni b’saħħitha bejn iċ-Ċina u l-Amerka hija kruċjali għaż-żewġ naħat, filwaqt li Beijing qiegħda kontinwament titlob l-amministrazzjoni l-ġdida biex ittejjeb ir-relazzjoni li kienet iddeterjorat taħt Donald Trump.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend