Christopher Schembri ta’ 45 sena mill-Ħamrun baqa’ jinżamm taħt arrest wara li ġie mixli b’serqa minn ħanut fil-Ħamrun u żewġ attentati ta’ serq minn kumpanija tal-assigurazzjoni f’Ħal Qormi u ħanut f’San Ġwann.
L-ewwel serqa saret nhar is-26 ta’ Jannar filwaqt li ż-żewġ attentati l-oħra saru fid-9 ta’ Frar.
Schembri wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.