Notifiki

Jitqiegħed pont ġdid bejn il-Marsa u Ħal Qormi

Tpoġġa f’postu l-ewwel minn żewġ pontijiet li se jingħaqdu biex jinħoloq passaġġ sigur ta’ 53 metru għall-mixi u r-roti fuq Triq it-Tiġrija, fil-Marsa. Il-pont tal-azzar jiżen 40 tunnellata u qed iserraħ fuq torrijiet li nbnew biex l-erba’ korsiji ta’ din it-triq jingħaqdu wkoll ma Triq Diċembru Tlettax fil-Marsa.

Infrastruttura Malta qalet li dan sar b’investiment ta’ miljun u erba’ mitt elf ewro, u se jelimina l-periklu li hemm bħalissa tul ir-rotta pedonali li tinsab fil-qalba tal-Marsa.

Fix-xhur li għaddew, Infrastruttura Malta nediet l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett, li tinkludi l-bini taż-żewġ torrijiet li fuqhom iserraħ il-pont.

It-tieni fażi, li hija skedata li titlesta sa tmiem din is-sena, se tinkludi l-bini tat-tieni pont li se jieħu post iż-zebra crossing li hemm fin-niżla b’korsija waħda li tgħaqqad il-karreġġjata tan-Nofsinhar fi Triq it-Tiġrija ma’ Triq Diċembru Tlettax, lejn il-Belt Valletta. Din l-istruttura ta’ 23 metru se tgħaqqad Triq il-Jum, fil-Marsa direttament ma’ dan il-pont.

Iż-żewġ pontijiet se jkollhom turġien u liftijiet spazjużi biex ikunu aċċessibbli b’mod komdu għal kulħadd.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend