Serqa minn uffiċċju tal-assigurazzjoni f’Ħal Qormi… allegatament il-ħalliel kellu arma tan-nar

Il-Pulizija għaddeja bi tfittxija għal raġel li seraq ammont ta’ flus minn ħanut tal-assigurazzjoni f’Ħal Qormi.

Il-każ seħħ għall-ħabta tan-11:45 ta’ dalgħodu fi Triq Bartolomew f’Ħal Qormi meta raġel liebes hoodie u maskla, u allegatament armat b’arma tan-nar daħal fl-uffiċċju u talab il-flus lill-ħaddiem, raġel ta’ 54 sena mill-Imsida.

Minn hemm ir-raġel ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joseph Mifsud LL.D ordna inkjesta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend