BIL-FILMAT: Attentat ta’ serqa f’ħanut f’San Ġwann

Il-Pulizija għaddeja bi tfittxija għal raġel li wettaq attentat ta’ serqa minn ħanut tal-ħaxix f’San Ġwann.

Il-każ seħħ għal xi s-siegħa ta’ waranofsinhar  fi Triq R. Caruana Dingli, San Ġwann.

Mill-investigazzjonijiet irriżulta li raġel allegatament armat b’arma tan-nar, daħal f’ħanut tal-ħaxix u talab il-flus mingħand il-kaxxiera, mara ta’ 42 sena minn San Ġwann.

Il-mara bdiet tgħajjat għall-għajnuna u l-aggressur ħarab minn fuq il-post bla ma seraq xejn.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Joseph Mifsud ordna inkjesta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend