Mara ta’ ħamsa u ħamsin sena minn Ħal Qormi weġġgħet gravi wara li ħabtet bil-karozza li kienet qed issuq ma’ trakk li kien qed jinstaq minn raġel ta’ sebgħa u għoxrin sena minn Birżebbuġa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta nieqes għaxra ta’ waranofsinhar fi Triq Ħal Luqa, f’Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u ambulanza li ħadet lil mara l-isptar.