Għax il-pandemija Robert Abela ġabha…

Min jafni, jaf sew kif naħseb u nitkellem. Nemmen li kapaċi niżen b’moħħi. Bħal kulħadd, xorta waħda għandi l-għażliet preferiti tiegħi. Għax meta niżen, il-miżien it-tajjeb ixaqleb lejn il-Partit Laburista.

Inkun se naqbad nitnerveż malli nara kummenti ta’ dawk li jissimpatizzaw mal-Partit Nazzjonalista b’mod li kważi għandhom għamad quddiem għajnejhom u li jemmnu li tal-Labour kollox ħażin u tan-Nazzjonalisti kollox tajjeb. Imma mbagħad inżomm pass lura u nispiċċa niggustahom. Nibdew naħseb bejni u bejn ruħi, jekk dawn li jikkumentaw hekk, humhiex l-istess nies li jgħidu ‘kemm għadna lura fil-ħsieb u l-mentalità f’pajjiżna..’ Imma x’tagħmel.

Illum il-poplu matur biżżejjed li kapaċi jixtarr u jgħid; ‘iva veru, mhux kollox tajjeb tal-Labour imma għandu ħafna tajjeb. Il-perfett inħalluh għal Alla għax dak biss perfett, imma llum li għandi 35 sena u li studjajt ukoll l-istorja mingħajr bias, kapaċi ngħaraf li l-Partit Laburista huwa l-partit naturali li Malta tieħu r-ruħ meta jkun fit-tmexxija. Ħa nsostni għal darb’ohra, ħalli ma jkunx hawn dawk li jghidu li basta semma dik il-kategorija tan-nies bl-għamad… il-partit nazzjonalista għamel tajjeb ukoll, u Alla ħares le. Wara kollox il-politika qiegħda hemm biex isservi lill-pajjiż mhux għall-istatus personali. Ikun hemm min jiżbalja personali iva, imma l-Partit u l-anima tiegħu tibqa’ ġenwina.

Għaliex qed ngħid hekk? Niċċassa nisma’ nies jiżnu kemm hu tajjeb jew le l-Prim Ministru għax hawn il-pandemija fostna. Donna f’Malta, l-Covid-19 daħħalha Robert Abela. Donnu jpenġu stampa li l-Prim Ministru irid in-numri jżidu. Donnu jpenġu stampa, li Robert Abela jgħix komdu għax huwa Prim Ministru. Imma għandi nidħaq jew nibki meta nisma’ raġunar baxx hekk? Mela Prim Ministri Nazzjonalisti kienu komdi meta kien hawn mumenti ta’ prova fil-pajjiż? Qas nazzarda nirraġuna jew inlissen kliem hekk fuqhom, sempliċiment għax għandi twemmin differenti. Imma hawn min jieħu gost jistartja dan it-tip ta’ magna bla sens, ħalli tinxtered kemm tiflaħ il-kelma u mingħalihom, li b’hekk, persuna tnaqqas mill-popolarità tagħha. Imma mbagħad, spiss tara xi editorjali jsemmu li dan huwa xogħol nies fi ħdan il-PL li jużaw il-midja soċjali għal għanijiet bħal dawn. Qisna qed nilagħbu xi logħba. Nittrattaw in-nies qishom għandhom intelliġenza baxxa.  Dan anke jkollok ħanut li trid tmexxi ukoll fih responsabbiltà u tispiċċa tgħid ‘għajjejt’ kif tmur lura d-dar wara ġurnata xogħol. Anke tkun kunsillier jew sindku, aħseb u ara Prim Ministru.

Ħa nagħmilha ċara, mhux nikteb għax għandi bżonn xi ħaġa mill-Prim Ministru jew biex nilgħaq. Għax aħna ħelwin ta. Jekk tmaqdar jgħajruk għax tkun negattiv, jew tfaħħar, jgħidu ‘x’jilgħaq dan!’. Imma insomma, llum jgħidu li jridu għax li nhoss ngħidu la naf li huwa rraġunat b’mod tajjeb. Imma dak il-karattru tagħna, għalkemm qatt ma nitfa’ lil kulħadd f’keffa waħda.

Jien irrid nara lil pajjiż jeleva iżjed ‘il fuq. Irrid nara lil pajjiżi jkompli miexi bir-ritmu tajjeb li qabad qabel il-pandemija u li bi tmexxija għaqlija minn dan il-Gvern, ma waqafx minħabba s-sitwazzjoni li laqtet lid-dinja Kollha. Waqt li tara pajjizi ohra kwazi ddisprati, Malta u l-poplu tagħna baqa’ għaddej, baqgħu ġejjin l-investimenti, ġew mgħejjuna l-businesses u l-ħaddiema u ma żdiedix il-qagħad kif kien forsi mistenni b’tant qawwa. Tant li mal-ewwel għajnuniet li nieda l-Gvern sa mill-bidu tal-pandemija, erġajna stabillixxejna lil pajjiżna bħala wiehed sod.

Fl-aħħarnett, fuq Euronews din il-ġimgħa ssemma li Malta bhala pajjiż, tinsab fl-ewwel post li qed jamministra tant tajjeb il-vaċċin kontra l-Covid-19. Dan hu ċertifikat ċar li iva, pajjiżna qed jaħdem bis-sħiħ biex noħorġu minn dan il-mument, aktar b’saħħitna minn qabel. Anzi ma kienx hemm xi paladin jgħid, li hallasna lil Euronews għax kollox nistenna minn dawk li jparlaw bl-addoċċ! Jien nerġa’ nagħżel lill-Partit Laburista; kredibbli u pożittiv…

Ta’ QabelLi Jmiss
Clifford huwa ggradwat fl-Istorja ta' Malta kif ukoll b'Masters fl-istudju Barokk. Serva wkoll bħala ġurnalist fil-kamra tal-aħbarijiet ta' ONE u pproduċa u ppreżenta diversi programmi f'dan l-stazzjoni; l-aktar b'tema kulturali u storika. Ippubblika wkoll ktieb bl-istorja tiegħu dwar 'addiction' fejn bħalissa beda wkoll l-istudju għall-PHD fuq dan is-suġġett

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend