Ktieb dwar l-UE għat-tfal issa fil-libreriji pubbliċi

It-tfal jogħxew meta jaqraw ktieb mhux tas-soltu u propju ktieb għal tfal ta’ ħdax u tnax-il sena se jkattar l-għarfien tat-tfal fuq l-Unjoni Ewropea.

Dan il-ktieb, li ġie ppubblikat f’Novembru li għadda tqassam f’bosta skejjel u issa ħa tkun tista’ ssibu f’disgħa u ħamsin librerija pubblika madwar Malta u Għawdex.

ll-Kap tal-MEUSAC Mandy Falzon ppreżentat dan il-ktieb lil-Libreriji Pubbliċi waqt avveniment fil-Librerija Pubblika Nazzjonali f’Belt is-Sebħ.

L-istorja tal-ktieb tinvolvi grupp ta’ annimali li jagħrfu li d-differenzi bejniethom ma jxekkluhomx milli jgħixu f’armonija u għażlu li jaħdmu flimkien sabiex ħadd minnhom ma jbati.

Din l-istorja hija espressjoni metaforika għall-fatt li kull wieħed mill-istati membri għandu l-identità tiegħu permezz ta’ kulturi u tradizzjonijiet differenti iżda imbagħad jaħdem f’komunità waħda.

Eluf ta’ kopji ta’ dan il-ktieb mill-pinna ta’ Trevor Zahra ġew stampati.

Qalet kif, “S’Issa stampajna ‘l fuq minn sebgħa t’elef kopja li tqassmu f’diversi skejjel fosthom tal-istat, tal-knisja u anke indipendenti biex inkomplu inwasslu l-valuri tal-Unjoni Ewropea u biex permezz tal-fatti u storja li tinvolvi bosta karattri inkomplu nwasslu dawn il-messaġġi importanti  tal-Unjoni Ewropea”

Il-Ministru Carmelo Abela stqarr li l-Unjoni Ewropea hija għaqda kumplessa u għalhekk dan il-ktieb qed jagħti spjega ċara lil uħud fost l-iżgħar ċittadini Ewropej.

Spjega, “Ħalli b’hekk il-firxa wiesa’ ta’ studenti li jgħaddu l-messaġġ lill-adulti inkunu nistgħu nifhmu aktar kif l-istess Unjoni Ewropea tiffunzjona u kif tolqotna ta’ kuljum.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend