Notifiki

Ix-xogħol għall-akkomodazzjoni soċjali f’Bormla għaddej ġmielu

Żewġ blokok minn sitta diġà huma mibnija fis-sit li fih qed jinbew tmienja u sittin appartament fi Triq Hanover f’Bormla.

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes żar is-sit li fih bħalissa għaddej ġmielu x-xogħol. Dan il-proġett se jkun qed jinkludi wkoll 117-il spazju ta’ parkeġġ, childcare centre u ċentru għall-komunità.

Apparti minn hekk se jkun qed jintroduċi spazju miftuħ ta’ 850 metru kwadru bi spazju għal pjazza ġdida.

Fl-indirizz tiegħu, l-Ministru Roderick Galdes fakkar fid-differenza li proġetti ta’ housing soċjali passati f’Bormla għamlu u kif  numru ta’ familji kienu ingħataw kenn li biddilhom l-għixien tagħhom għall-aħjar.

Il-Ministru Galdes stqarr: “Għalina huwa importanti għaliex qed nitkellmu fuq il-qalba ta’ Bormla, fuq waħda mill-aktar lokalitajiet li għandha wkoll housing soċjali, li kienet distrutta bil-gwerra allura għandek ħafna mill-housing tagħha huwa abbinat ma’ housing soċjali wkoll. Naħseb illum anke x-xhieda li tara diversi anzjani li kienu bbenefikaw fil-passat mill-għajnuna tal-gvernijiet fil-qasam tal-housing soċjali, illum ħadu bixra differenti fil-kwalità tal-ħajja tagħhom. L-iskop li qed nagħmlu llum, huwa li nikkreaw dawn it-tip ta’ appartamenti biex ngħinu aktar familji li qegħdin fil-bżonn, li għandhom bżonn l-għajnuna tal-istat, l-istat se jkun qed jgħinhom.”

Il-Ministru Roderick Galdes temm jgħid li l-Gvern qed jirrikonoxxi li l-akkomodazzjoni soċjali tibqà l-aktar għodda effettiva biex jingħelbu l-isfidi ta’ familji u individwi vulnerabbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend