Notifiki

F’Settembru li għadda r-rata tan-nies jaħdmu full-time żdiedet b’4.6% fuq Settembru ta’ sena qabel

F’Settembru li għadda r-rata ta’ nies jaħdmu full-time żdiedet b’4.6% meta mqabbel ma’ Settembru tas-sena ta’ qabel, meta ma kienx hawn pandemija.

Dan skont statistika maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-NSO.

L-informazzjoni mogħtija mill-NSO turi wkoll li r-rata ta’ dawk jaħdmu part-time bħala l-impjieg ewlieni tagħhom naqset b’9.9% f’Settembru li għadda, meta mqabbel ma’ Settembru tal-2019.

L-aktar setturi tax-xogħol li raw żieda fin-numru ta’ impjiegi full-time kienu dawk fil-qasam amministrattiv, tas-saħħa u soċjali.

Dawn l-aħħar żewġ setturi raw żidiet ta’ 2,596 ħaddiem u 1,700 ħaddiem rispettivament.

Bejn Settembru 2020 u l-istess xahar fl-2019, in-numru ta’ nies full-time jaħdmu fis-settur privat żdied bi kważi disat elef persuna (8,813), biex b’hekk 181,653 persuna kienu reġistrati bħala ħaddiema full-time fis-settur privat.

In-numru ta’ nies jaħdmu full-time fis-settur pubbliku ra żieda wkoll ta’ ftit aktar minn elf u erba’ mija (1,405) biex b’hekk, fid-disa’ xahar tas-sena l-oħra kien hawn kważi ħamsin elf persuna (49,926) jaħdmu full-time fis-settur pubbliku.

F’Settembru li għadda, waqt l-imxija, kien hawn ukoll 2,476 persuna iżjed jaħdmu għal rashom minn Settembru tal-2019 filwaqt li n-numru ta’ dawk li jħaddmu lin-nies żdied b’7,742 persuna.

Ir-rata ta’ rġiel jaħdmu full-time żdiedet b’4.2% filwaqt li r-rata tan-nisa tiżboq dik tal-irġiel hekk kif din żdiedet b’5.3% fuq is-sena ta’ qabel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend