Notifiki

Malti arrestat fl-Italja wara sejba t’elf għasfur tal-għana mhux iddikjarati

Albert Satariano ta’ tmienja u sittin sena ġie arrestat f’Kalabrija fi triqtu lejn Sqallija, wara li allegatament inqabad iġorr madwar elf għasfur tal-għana protett mhux iddikjarat.

Satariano nqabad il-Ħadd filgħodu, waqt spezzjonijiet ta’ rutina li tagħmel il-pulizija Taljana.

Kif jixhed filmat tal-Guardia di Finanza tar-Reġjun tal-Kalabrija, instabu numru kbir t’għasafar moħbija f’kompartamenti foloz f’vann bi pjanċi ta’ Malta.

Fil-vann instabu erbgħa u tletin gaġġa bl-għasafar li kienu fi stat ta’ saħħa tajba hekk kif iddikjarat minn veterinarju u li nħelsu minnufih ftit ta’ wara.

Satariano li kien negozjant tad-djamanti huwa magħruf għall-insib ta’ għasafar.

Lura fl-elfejn u tmintax, il-Pulizija Taljana interċettat numru ta’ telefonati fuq ċirku kriminali dwar għasafar li jidħlu fis-suq mingħajr ma jkunu ddikjarati.

Il-pulizija Taljana kienet qalet li isem Satariano ssemma ħafna fit-telefonati.

Dwar dan il-każ ta’ tliet snin ilu, tressqu numru ta’ persuni l-Qorti u bejniethom weħlu għoxrin sena ħabs.

Nifhmu wkoll li l-pulizija Maltija tinsab f’kuntatt ma’ dik Taljana b’rabta mal-arrest tal-Hadd ta’ Satariano.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend