Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku

Taljan ta’ tnejn u erbgħin sena li joqgħod San Pawl il-Baħar, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li ħabat bil-mutur li kien qed isuq ma’ vann tal-għamla Toyota Hiace, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ wieħed u ħamsin sena minn San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta neqsin għoxrin ta’ dalgħodu, fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar direzzjoni lejn San Ġiljan.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-pulizija u tim mediku li aktar tard ittieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ritratti: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend