Franza tagħlaq il-fruntiera għall-pajjiżi kollha barra mill-UE mill-Ħadd li ġej

Franza mistennija tagħlaq il-fruntieri tagħha għall-pajjiżi kollha barra mill-Unjoni Ewropea mill-Ħadd li ġej.

Fid-dawl ta’ dan is-Segretarju tat-transport Ingliż ikkjarifika illi dan ma japplikax għat-trasportaturi li ġejjin mir-Renju Unit. Dan sabiex ma jxekkilx ir-ritmu tal-kummerċ milli jibqa’ għaddej.

Il-Prim Ministru Franċiż Jean Castex qal li dawk kollha li ser jivvaġġjaw minn pajjiż Ewropew iridu jipprovdu ċertifikat ta’ test negattiv għall-COVID-19.

Castex qal li stabbilimenti kbar tax-xiri u vjaġġar minn territorju għal ieħor ser ikun kostrett ukoll.

Dan filwaqt li ser jiżdiedu n-numru ta’ spezzjonijiet għal dawk li ma jobdux il-curfew ta’ 12-il siegħa, dawk li jorganizzaw festini bil-moħbi u ristoranti li jiftħu xorta.

Il-Prim Ministru Franċiż sostna li dawn il-miżuri kellhom jidħlu fis-seħħ sabiex jiġi evitat li jmorru għat-tielet lockdown nazzjonali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend