Notifiki

BIL-FILMAT: Maria Deguara tinqabad li ma tafx kemm hi r-rata ta’ tilqim tal-vaċċin f’pajjiżna

Id-Deputat Nazzjonalista Maria Deguara u li tifforma parti mill-Kumitat tal-Covid-19 tal-Partit Nazzjonalista weħlet meta ġiet mistoqsija dwar il-vaċċin għall-Covid-19 f’pajjiżna.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista b’mod virtwali, ONE News staqsa mistoqsija sempliċi lid-Deputat Deguara dwar ir-rata ta’ tilqim għall-Covid-19 f’pajjiżna u jekk tafx kemm hi fil-preżent.

Hekk kif il-ġurnalist staqsa dan lil Maria Deguara hija nfixlet u mbagħad daharha mal-ħajt fajret ċifra żbaljata.

Meta kien mistoqsija: “Onorevoli taf kemm hi r-rata ta’ tilqim għall-Covid-19 sa issa?”

Deguara qal, “Erġa’ rrepeti please.”

Meta reġa’ kienet mistoqsija: “Taf kemm hi r-rata ta’ tilqim għall-Covid-19 f’Malta sa issa?”

Deguara sostniet: “Mhux nifhem ta’. Kemm-il tilqima ngħatat?”

Meta l-Ġurnalist ta’ ONE News rrepeta l-mistoqsija: “Kemm hi r-rata ta’ tilqim għall-Covid-19 f’Malta sa issa? Taf kemm hi?”

Deguara wieġbet: “About 4%.”

Il-Ġurnalist ta’ ONE News stqarr: “Le. Ir-rata ta’ tilqim f’Malta bħalissa hija ta’ 5.3%. 1.5% iktar mid-Danimarka.”

Deguara saħqet: “Imma jista’ jkun qed iżżid ta’ dawn l-aħħar 3 ijiem imma l-aħħar li kien hemm uffiċjali kienet il-4%.”

Pajjiżna bħalissa għandu l-ogħla rata ta’ tilqim fost l-istati membri kollha.

Intant hekk kif id-deputat ewlenija tal-Kumitat tal-Covid-19 tal-Partit Nazzjonalista, inqabdet tiżbalja fuq xi ħaġa daqstant sempliċi, Maria Deguara ppruvat tiġbor ġieħha u qaltilna biex ma ninkwetawx għax issegwi.

Deguara stqasiet: “X’jiġifieri xi trid?”

Il-Ġurnalist ta’ ONE News spjega: “Ridt inkun naf taf ir-rata ta’ tilqim għall-Covid-19.”

Hawnhekk Deguara tenniet: “Le le naf naf. Niffolowjahom tibżax.”

Din mhux l-ewwel darba li Maria Deguara għamlet dikjarazzjonijiet li jistunaw waqt konferenzi tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista. Ftit taż-żmien ilu l-istess Deguara urtat lil bosta wara li qalet li l-vaċċin mhuwiex is-soluzzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend