Omm ta’ tifel ta’ ħmistax-il sena minn San Ġwann ngħatat sentenza ta’ probation wara li ppruvat issiefer lejn Istanbul b’test iffalsifikat tal-Covid-19.
Bid-dmugħ f’għajnejja, l-imputata wieġbet ħatja għal dawn l-akkużi u qalet li jiddispjaċiha għal dan.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Lara Butters qalet kif l-akkużata kkoperat mal-pulizija u ammettiet mal-ewwel dan ir-reat.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli ntqal kif l-omm li trabbi t-tifel waħedha għandha diversi problemi f’ħajjitha u b’hekk għandha bżonn l-għajnuna.
Il-Qorti rat kif il-fedina penali tal-mara hija waħda nadifa u għalhekk il-mara tpoġġiet fuq probation għal tmintax-il xahar.