Notifiki

15% tal-ħaddiema ta’ kumpanija huma fuq riċerka u innovazzjoni

Il-Kumpanija Carlo Gavazzi Limited li tiżviluppa prodotti elettroniċi li jintużaw kemm f’Malta kif wkoll madwar id-dinja f’bosta industriji, fosthom dawk li jagħmlu użu minn magni kbar, għandha ħmistax fil-mija tal-ħaddiema tagħha ddedikati fuq ir-riċerka.

Dan ħareġ waqt żjara li għamel il-Ministru għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici.

Il-manager fid-dipartiment tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-kumpanija qal li huma jħarsu lejn żviluppi ġodda fit-teknoloġija.

Qal kif, “Bħalissa per eżempju għaddejjin bi pjanijiet biex nidħlu iktar fid-dinja ta’ industrija 4.0 li permezz tagħha l-prodotti tagħna jkunu jistgħu jintużaw ma’ komunikazzjoni illi l-magna li fiha jintużaw tagħti informazzjoni li biha jsir dak li ngħidulu predactive maintenance

Il-Ministru Owen Bonnici appella biex iktar tfal u żgħażagħ jinteressaw ruħhom fl-edukazzjoni marbuta mas-suġġetti tax-xjenzi, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika u qal li Carlo Gavazzi hija eżempju ċar ta’ kemm hemm bżonn dawn il-ħiliet fid-dinja tal-lum u ta’ għada.

Spjega li, “Dan huwa dipartiment li jammonta għal ħmistax fil-mija ta’ l-impjegati kollha ta’ din il-kumpanija u joħloq soluzzjonijiet li mbagħad jintużaw fl-industriji mhux biss f’Malta imma anke barra minn xtutna. Dan huwa dak li rridu aħna fejn naraw iktar innovazzjoni, iktar ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u allura l-ekonomija iżjed tikber.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend