Jinħeles wara li allegatament qabbad karozza ta’ pulizija – One News

Notifiki

Jinħeles wara li allegatament qabbad karozza ta’ pulizija

Denilson Manicaro ta’ 21 sena minn Raħal Ġdid ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat li qabbad karozza fil-Fgura lejliet l-ewwel tas-sena.

F’seduta aktar kmieni din il-ġimgħa l-Qorti semgħet kif mal-Pulizija, Manicaro qal li ma riedx iqabbad il-karozza ta’ Pulizija iżda l-karozza ta’ maġenbha.

Intant fix-xhieda tiegħu, il-vittma ta’ dan ir-reat qal li huwa kien sar jaf lill-imputat f’investigazzjonijiet li għamel fil-passat.

Manicaro ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €900 u garanzija personali ta’ €4,100.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend