Il-Qorti tal-appell tħassar multa ta’ €20,000 – One News

Notifiki

Il-Qorti tal-appell tħassar multa ta’ €20,000

Etienne Bartolo magħruf bħala l-Vojt u li f’ġuri kien instab ħati tal-qtil ta’ Roderick Grech f’Birkirkara, fil-Qorti tal-appell ġie meħlus milli jħallas kważi €20,000 biex ikopri l-ispejjeż tal-esperti tal-Qorti.

Fl-appell l-avukati ta’ Bartolo qalu li din il-multa ma tiħux inkunsiderazzjoni l-fatt li l-akkużat instab ħati ta’ omiċidju skużabbli.

Dan filwaqt li xi xogħol mill-esperti tal-Qorti ma pproduċiex riżultati pożittivi. L-avukati argumentaw li multi daqstant eżorbitanti kienu se jfissru li l-akkużat kien se jispiċċa jservi sentenza itwal ta’ Qorti għaliex ma kellux flus biex iħallas dik il-multa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend