Bernard Grech b’deputat li jiftaħar li ffirma kwerela kontra s-suldati – One News

Notifiki

Bernard Grech b’deputat li jiftaħar li ffirma kwerela kontra s-suldati

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għandu Deputat Parlamentari li jitkellem bi kburija dwar is-sehem tiegħu f’kawża li setgħet tefgħet lis-suldati l-ħabs.

Il-Partit Laburista nnota li minflok ma Bernard Grech talab skuża f’isem min fi ħdanu ffirma kwerela kontra persuni li jagħtu ħajjithom għal pajjiżna, il-Kap tal-Oppożizzjoni qed iħalli deputati tiegħu jqumu jitkellmu ħdejh fil-Parlament biex jiġġustifikaw dak li għamlu.

Id-deputat Joe Ellis iddefenda l-aġir tiegħu l-għada li l-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Intern, Beppe Fenech Adami, iddefenda l-aġir ta’ Jason Azzopardi li wkoll kien parti minn dan l-attakk kontra l-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Joseph Ellis stqarr: “Ħassejtni fid-dmir li niffirma kwerela sabiex issir investigazzjoni kif titlob il-liġi meta saru allegazzjonijiet serji li l-Gvern naqas li jirrifjuta għal ġranet sħaħ. Kieku l-Gvern kellu d-diċenza li jagħti l-ispjegazzjonijiet li kellu jagħti, ma kienx ikun hemm il-ħtieġa.”

Il-Prim Ministru Robert Abela stqarr: “Għadu l-ħabib tiegħi kif ikkonferma li ffirma kwerela biex jibgħatna l-ħabs.”

Il-Partit Laburista qal li lis-suldati, il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech jagħżel li jibqa’ jattakkahom, filwaqt li l-Gvern tahom kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar li minnhom qed igawdu l-familji tagħhom.

Fil-fatt, fil-bidu ta’ din is-sena, elf, seba’ mija u ħamsin suldat tal-Forzi Armati ta’ Malta rċevew l-ewwel paga biż-żieda maqbula fil-ftehim kollettiv li ġie ffirmat f’Novembru li għadda.

Dan fi żmien meta pajjiżna, bħall-kumplament tad-dinja, kien qed jissielet ma’ pandemija globali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend