Titnieda skema li se tagħti rifużjoni tal-paga għal xogħol f’Għawdex – One News

Notifiki

Titnieda skema li se tagħti rifużjoni tal-paga għal xogħol f’Għawdex

It-Tlieta filgħodu ġiet imnedija l-iskema ta’ Rifużjoni tal-Gozo Back Office, li hi waħda mill-miżuri ewlenin fil-budget għal din is-sena.

Din l-iskema hija mmirata kemm sabiex tattira investiment barrani f’Għawdex kif ukoll kumpaniji Maltin u Għawdxin. Dan sabiex jinħoloq ukoll xogħol ta’ kwalità u sostenibbli f’Għawdex.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Camilleri ħabbar li l-impjiegi ġodda f’Għawdex li jiġu klassifikati bħala Back Office mill-1 ta’ Marzu 2020, ser ikunu jistgħu jgawdu minn rimborż tas-salarju li jkun ikkalkulat skont il-paga tal-impjegat. Kull kumpanija tista’ tgawdi minn massimu ta’ €65,000 fis-sena minn din l-iskema.

Min-naħa l-oħra d-Direttur tat-Turiżmu u l-Iżvilupp Ekonomiku fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex Ronald Sultana sjega li fil-fatt hemm tliet saffi tas-salarji fejn aktar ma tkun għolja l-paga, aktar ikun ir-rimborż tas-salarju li tkun tista’ tibbenifika minnu l-kumpanija.

L-ammonti tar-rimborżi tas-salarju għal kull ħaddiem ivarjaw minn minimu ta’ €4,500 sa €8,000 fis-sena.

F’kummenti l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li l-għanijiet ewlenin ta’ din l-iskema huma li jinkoraġġixxu entitajiet privati jestendu, ikabbru u jinvestu fl-operat tagħhom fil-gżira Għawdxija.

“Għaldaqstant inħajjar il-kumpaniji kollha li huma b’mod partikolari bbażati ġewwa Malta kif ukoll l-employees ta’ dawn l-istess kumpanij sabiex iħeġġu lill-employer filwaqt li jikkunsidraw li jagħmlu użu minn din l-iskema sabiex huma wkoll ikunu jistgħu jibbenefikaw propju b’mod finanzjarju sabiex jinħoloq ix-xogħol ġewwa Għawdex.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend