Sentenza ta’ għomor il-ħabs għar-raġel li kien qatel l-għalliema tat-Taljan u kien ġie arrestat Malta – One News

Notifiki

Sentenza ta’ għomor il-ħabs għar-raġel li kien qatel l-għalliema tat-Taljan u kien ġie arrestat Malta

Kajetan Poznański, il-Pollakk li kien ġie arrestat Malta fi Frar tal-2016 ġie kkundannat għomru l-ħabs wara li qatel l-għalliema tat-Taljan.

Il-vittma kienet Katarzyna Jaroszyńska ta’ 30 sena, fejn kienet spiċċat maqtula fl-appartament tagħha f’Warsaw.

Il-ġisem mejjet kien ittieħed fl-appartament tal-agressur u tah in-nar. Hawnekk telaq lejn il-Ġermanja wara l-Italja imbagħad lejn Malta. Ġimgħatejn wara ġie arrestat fil-Belt Valletta.

Meta kien qed jiġi estradit lura l-Pollakk attakka wkoll wieħed mill-uffiċċjali li kienu miegħu.

Il-Pollakk ġiem ordnat iħallas 16,500 ewro lill-ġenituri tal-vittma.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend