Raġel ta’ 36 sena mill-Mali ndarab gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Birkirkara
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs fi Triq Fleur De Lys.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel safa’ milqut minn vettura ta’ tip Mazda Demio misjuqa minn tfajla ta’ 21 sena li tgħix Ħaż Żebbuġ.
Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.