Jinżammu arrestati mixlija b’sekwestru u theddid ta’ mewt fuq persuna – One News

Notifiki

Jinżammu arrestati mixlija b’sekwestru u theddid ta’ mewt fuq persuna

Erba’ Sirjani u Libjan baqgħu jinżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati b’allegat sekwestru.

Il-każ seħħ fit-tlettax ta’ Jannar li għadda meta l-akkużati ssekwestraw lil Mohamed Alsatif Ibrahim kontra l-volontà tiegħu u heddewh bil-mewt.

Il-Pulizija kienet qalet li l-kwistjoni jidher li kienet dwar is-Sirja u meta l-istess pajjiż kien maħkum mir-ribelli.

Iż-żewġ Sirjani, residenti ż-Żurrieq li l-etajiet tagħhom huma ta’ ħamsa u tletin u sebgħa u erbgħin sena, Sirjan ta’ tletin sena residenti minn Ħal Safi, Sirjan minn Marsaskala ta’ tmienja u għoxrin sena u Libjan ta’ tmienja u tletin sena minn Ħal Far, kollha wieġbu mhux ħatja għal dawn l-akkużi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend