Jingħataw 14-il dgħajsa tal-ibburdjar – One News

Notifiki

Jingħataw 14-il dgħajsa tal-ibburdjar

It-tim nazzjonali tal-ibburdjar se jkollu erbatax-il dgħajsa ġdida li ngħataw b’donazzjoni mill-Gvern.

Iċ-Chairman ta’ Yachting Malta, John Huber spjega kif l-assoċjazzjoni sportiva tinvesti fil-klabbs biex aktar tfal jersqu lejn l-isport tal-ibburdjar.

Qal li dan huwa sport li nistgħu neċċellaw fih u qal li l-investiment ta’ dgħajjes ġodda se jservi bħala kontribut għat-tħejjijiet li qed isiru mit-tim nazzjonali għal-logħob tal-pajjiżi żgħar.

Qal kif, “L-isport tal-ibburdjar huwa sport li naħseb anke bħala pajjiż nistgħu neċċellaw iżjed fih. Diġà kellna Maltin, għat-tieni sena konsekuttiva s-sena l-oħra jirbħu t-tiġrija tar-Rolex Middle Sea li hija waħda mill-iprem Regattas li hawn fid-dinja. Għalhekk jekk inġibu iżjed tfal lejhom mhux biss ikollna ġenerazzjoni aħjar għaliex iżjed ma jkollna tfal jipprattikaw l-isport iżjed ħa jkollna ġenerazzjoni futura aħjar pero iżjed se nattiraw u nkabbru l-interess lejn dan l-isport li fl-aħħar mill-aħħar huwa sport kompletament nadif.”

Minn naħa tiegħu l-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li Gvern għan-nies ifisser li jgħin lil kulħadd u anki se jingħataw ukoll opri tal-baħar imsejħa laser boats.

Spjega li, “U għaldaqstant b’din l-inizjattiva ta’ Yachting Malta qegħdin naraw illi qegħdin inkomplu ngħinu lill-għeruq ta’ din is-siġra li għada pitgħada tkompli tagħtina l-frott, tkompli tagħtina żgħażagħ u atleti imma anke tkompli tpoġġi lil Malta bħala post importanti għall-attivitajiet bħal dawn”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend