It-tieni impeachment kontra Trump jitressaq quddiem is-Senat

Membri mill-Kamra tad-Deputati fl-Amerika ressqu d-dokumenti tal-impeachment kontra l-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump quddiem is-Senat.

Id-disa’ membri, li ġew maħtura mill-Ispeaker tal-Kamra Nancy Pelosi, wasslu d-dokumenti t-Tnejn filgħaxija.

L-impeachment kontra Trump tressaq dwar akkużi li hu kien inċita l-attakki fatali li saru nhar is-sitta ta’ Jannar fil-Capitol Hill.

Għalhekk, b’dan il-pass issa formalment jibda l-proċess tas-Senat kontra l-eks President, u li mistenni jibda x-xahar id-dieħel.

Il-proċess fis-Senat jieħu l-forma ta’ ġuri.

Il-Kamra tad-Deputati tat it-tieni impeachment lil Donald Trump nhar it-tlettax ta’ Jannar, ġimgħa qabel ma uffiċjalment ħalla l-kariga.

Trump huwa l-ewwel President fl-istorja tal-Istati Unti li ngħata żewġ impeachments waqt li kien qed iservi fl-ogħla kariga fil-Whitehouse.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend